Sunday, November 24, 2024

Imut Hugo Maradona ftit jiem wara żjara f’pajjiżna

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Hugo Maradona li miet fl-età ta’ 52 sena. Ħabbru dan diversi sezzjonijiet tal-midja barranin u qiegħed jingħad li l-kawża tal-mewt tiegħu kienet attakk tal-qalb. Huwa kien assistit minn tim mediku u ambulanza, iżda dan ma kienx biżżejjed biex isalvaw ħajjet ħu l-eks plejer leġġendarju.

Hugo Hernan Maradona twieled fil-belt Arġentina ta’ Lanus nhar id-9 ta’ Mejju 1969 u llum il-ġurnata għandu 52 sena. Huwa magħruf bħala El Turco u huwa ħu l-leġġenda Diego Armando Maradona. 

Fi żmienu kien jilgħab bħala player f’nofs il-ground fejn dar diversi pajjiżi u lagħab ma’ Argentinos Juniors (Arġentina), Ascoli (Italja), Rayo Vallecano (Spanja), Rapid Vienna (Vjenna) u Avispa Fu­kuoka (Ġappun) fost oħ­rajn. 

Il-livell tiegħu ma kienx xi wieħed eċċezzjonali bħal ta’ ħuh tant li rrappreżenta lil pajjiżu fil-livell ta’ Taħt is-16-il sena fejn lagħab 11-il darba u skorja erba’ goals. 

Fl-1999, huwa ddeċieda li jdendel iż-żarbun tal- football darba għal dejjem fl-etá pjuttost żgħira ta’ 30 sena. 

Minn hemm huwa dde­ċieda li jqatta’ madwar ħames snin għal kwiet f’belt twelidu sakemm, fis- sena 2004, huwa ġie ngaġġat minn Puerto Rico Islanders sabiex ikun il-coach tagħ­hom. Dan it-team kien jipparteċipa fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż fejn għamel sta­ġun magħhom.

Aktar tard, huwa ddeċieda li jwettaq dmiru ta’ coach mat-tfal u ż-żgħażagħ partikolarment fil-belt ta’ Napoli, il-post fejn ħuh Diego lagħab għal diversi snin.

Riċentement Hugo kien Malta fejn mexxa kamp ta’ taħriġ fi ħdan Qormi Football Nusery.

Sport