Wednesday, May 29, 2024

Rekord ta’ każi ġodda sa mill-bidu tal-pandemija

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 7,735.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 1,298 każ ġdid filwaqt li 82 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Dan ifisser li pajjiżna rreġistra l-akbar ammont ta’ każi ġodda f’ġurnata sa mill-bidu tal-pandemija.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 82, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’  476 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt marbuta mal-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,043,069 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 198,772 li huma dożi tal-booster.

Sport