Thursday, November 14, 2024

Imut iċ-ċkejken Chayan – il-Ħadd li għadda rċieva l-barka tal-Papa Franġisku

Aqra wkoll

Miet iċ-ċkejken Chayan, tarbija ta’ ħames xhur u nofs li kellu kundizzjoni tal-qalb, li l-Ħadd li għadda rċieva l-barka tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku waqt li f’parti miż-żjara tiegħu f’pajjiżna kien qed jiltaqa’ ma’ persuni vulnerabbli ġewwa l-Bażilika ta’ San Pawl ir-Rabat.

Fuq il-profil tal-familja, qalu li Alla laqa’ fi ħdanu liċ-ċkejken Chayan ilbieraħ fit-7.40a.m.

“It-tarbija tagħna issa tinsab fil-paċi. Nirringrazzjawkom ilkoll tal-messaġġi u l-għajnuna tagħkom matul dawn l-aħħar ġimgħat, u bl-umiltà nitolbukom iżżommuna fit-talb tagħkom,” kitbet il-familja Ciantar.

“Niltaqgħu s-Sibt 9 ta’ April fit-8.30am fil-Bażilika tal-Vitorja fl-Isla għal tislima kkulurita lit-tifel ċkejken tagħna. Hi x-xewqa tagħna li kulħadd jiġi liebes ilbies ikkulurit. Qatt ma stennejna li dan iż-żmien se jasal…. strieħ fis-sliem ċkejken tagħna.”

Ekonomija

Sport