Wednesday, December 25, 2024

Imut id-disinjatur tal-moda Ġappuniż Issey Miyake fl-età ta’ 84 sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-disinjatur rivoluzzjonarju tal-moda Ġappuniż Isey Miyake miet fl-età ta’ 84 sena. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-kumpanija tiegħu. 

Magħruf għall-istili innovattivi u l-fwieħa tiegħu, Miyake ħoloq ditta tal-moda globali, li kienet tinkludi d-disinn tal-jumpers famużi tal-għonq ta’ Steve Jobs. 

Miyake huwa magħruf ukoll li kien jaħdem b’tekniki tal-moda tradizzjonali u moderni matul il-karriera twila tiegħu. Huwa miet b’kanċer fil-fwied nhar il-Ġimgħa li għadda, u diġà sar funeral privat.

Imwieled f’Hiroshima fl-1938, Miyake kellu biss seba’ snin meta l-belt ġiet meqruda minn bomba atomika li ntefgħet mill-Istati Uniti. 

Ekonomija

Sport