Sunday, May 5, 2024

L-attur Ezra Miller akkużat b’serq

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-attur Amerikana Ezra Miller ġie akkużat b’serq wara li allegatament daħal f’dar fl-istat ta’ Vermont u seraq fliexken tal-alkoħol.

Skont rapporti tal-pulizija lokali, l-uffiċjali ġew mgħarrfa b’dan l-allegat reat nhar l-1 ta’ Mejju fil-belt ta’ Stamford.

Il-Pulizija tal-Istat ta’ Vermont qalet li ma kien hemm ħadd id-dar fil-ħin tal-inċident. “B’riżultat ta’ investigazzjonijet li kienet tinkludi videos u anke dikjarazzjonijiet oħra, instabet il-kawża probabbli biex Ezra Miller ikun akkużat bir-reat ta’ serq f’dar mhux okkupata.”

Miller qed jaffaċċja wkoll akkużi separati ta’ attakk fil-Hawaii u allegazzjonijiet ta’ abbuż minn diversi nisa. 

Sport