Wednesday, July 24, 2024

Imut il-fundatur tal-Orkestra Filamonika ta’ Malta, il-Maestro Joseph Sammut

Aqra wkoll

Għadha kif tħabbret il-mewt tal-Maestro Joseph Sammut li ħalla din id-dinja fl- età ta’ 98 sena. Huwa kien il-fundatur tal-Orkesta Filarmonika ta’ Malta.

Il-mużika kienet għall-qalbu minn meta kien żgħir, hekk kif trabba u kiber fil-mużika, li l-familja tiegħu tant kienet tgħożż. Bħala surmast, huwa kien magħruf bħala bniedem dixxiplinat u maħbub għad-dedikazzjoni tiegħu għall-mużiċisti u l-mużika.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Sammut, kien hemm is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863, li b’messaġġ fuq Facebook qalet; “Kien fid-direzzjoni tal-Banda meta s-Soċjeta Filarmonika Leone fetħet l-ewwel Teatru Aurora fl-1963 (fi Triq Saver Cassar) u t-Teatru tal-Opra Aurora fl-1976 fi Triq ir-Repubblika, fejn imbagħad huwa stess idderieġa l-ewwel opera lirika f’Għawdex – Madama Butterfly fis-7 ta’ Jannar 1977”.

Intant, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ukoll sellem il-memorja tas-Surmast Sammut u qal li Malta tilfet wieħed mill-ġganti mużikali tagħha.

Ekonomija

Sport