Wednesday, July 24, 2024

It-tim nazzjonali tal-Polo f’konfront kontra l-Irlanda

Aqra wkoll

Il-Malta Polo Club b’kollaborazzjoni ma’ Equestrian Malta se tkun qed torganizza l-Alexandria Cup hekk kif it-tim nazzjonali Malti se jkun qed jisfida lil dak Irlandiż nhar is-Sibt li ġej fil-Malta Equidrome fil-11.30am.

It-tim nazzjonali Malti se jkun magħmul minn Martin Arrigo, Jeremy Besancon, Matthew Borg u Karl Galea bir-Repubblika Irlandiża li se tinkludi lil David Stone, Mark Stone, Eamon Laverty u Paul Ronan.

L-Umpires għal dawn iċ-Chukkas se jkunu Mark Darmanin u Chris Wightman assistiti minn Philip Wismayer li se jkun it-tielet uffiċjal.

Dan se jkun ukoll avveniment speċjali għal Malta Polo Club għax se jiġi inawgurat scoreboard elettroniku li se jieħu post dak manwali li ilu jintuża’ għal dawn l-aħħar snin. Dan kollu grazzi għal Equestrian Malta li qed jaħdmu qatigħ sabiex jattiraw aktar timijiet barranin lejn pajjiżna.

Ekonomija

Sport