Tħabbret il-mewt tat-Tabib Frank Portelli. Huwa kellu 82 sena. It-Tabib Portelli serva fil-Parlament bejn l-1987 u l-1992.
Hu wkoll bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN bejn l-1985 u l-1992. Bejn l-1995 u l-1998 kien ukoll il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.
Hu għamel ukoll żmien imexxi l-Isptar San Filippu f’Santa Venera.
