Monday, October 26, 2026
Home Sport GFA BOV Gozo Football League – I Diviżjoni … Rebħa kbira għal...

GFA BOV Gozo Football League – I Diviżjoni … Rebħa kbira għal Kercem Ajax fuq Xewkija Tigers

0
74

Xewkija Tigers 1–5 Kercem Ajax

Prestazzjoni impressjonanti minn Kercem Ajax, li kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5–1 fuq Xewkija Tigers fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd.

Kerċem ħadu vantaġġ ta’ żewġ gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Isaias Moura Vera Cruz De Souza u Lucas Nahuel Casavieja Guerra.

Kercem ħadu kontroll sħiħ tal-logħba ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima, b’Andre Gabriel Castro Martins jiskorja darbtejn fi spazju ta’ żewġ minuti, qabel ma Isaias żied it-tieni gowl personali tiegħu biex għamilhom 5–0.

Angel Manuel Bustos skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Xewkija fid-90 minuta.

Ir-Referee kien Daniel Portelli.

B’din ir-rebħa, Kercem Ajax telgħu għal 10 punti, filwaqt li Xewkija baqgħu b’disa’ punti.

KLASSIFIKA

Għajnsielem – 15-il punt

Kercem Ajax – 10 punti

Qala Saints – 10 punti

SK Victoria Wanderers – 10 punti

Xewkija Tigers – 9 punti

Xagħra United – 4 punti

Sannat Lions – 3 punti

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here