Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-anzjan li lbieraħ waqa’ minn fuq sellum fix-Xemxija miet fl-aħħar sigħat fl-Isptar Mater Dei.
Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum fix-Xemxija
Anzajn ta’ 76 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab fl-periklu tal-mewt, wara li
għall-ħabta tal-4.30 p.m, kien involut f’inċident fi Triq l-Awwista fix-Xemxija.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ