Monday, May 13, 2024

Ħsara teknika ħolqot kaos fl-ajruporti fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Eluf ta’ passiġġieri sfaw imwaħħla jistennew fi kjuwijiet twal fl-ajruporti madwar ir-Renju Unit. Dan ġara kaġun ta’ problemi kbar fis-sistema teknoloġika tal-e-gates – il-gradi elettroniċi tal-identifikazzjioni – tal-ajruporti li ħolqu kaos għall- vjaġġaturi.

L-ajruporti ta’ Heathrow, Gatwick, Manchester, Birmingham, Bristol, Edinburgh, Glasgow u Aberdeen kollha ntlaqtu mill-problema tal-Border Force it-Tlieta filgħaxija.

Ritratti fuq il-midja soċjali wrew kjuwijiet massivi ta’ vjaġġaturi jistennew li l-passaporti tagħhom jiġu ċċekkjati, filwaqt li oħrajn inżammu fl-ajruplani wara l-inżul tat-titjira.

L-e-gates huma mekkaniżmi awtomatizzati li jgħarfu l-wiċċ tal-passiġġier biex jiċċekkjaw l-identità tiegħu. Dan hu mod aktar effiċjenti milli uffiċjal tal-Forza tal-Fruntieri jkollu jqalleb il-passaport ta’ persuna.

L-e-gates fis-swali tal-wasla ma setgħux jiffunzjonaw mingħajr aċċess għas-sistema uffiċjali li tiċċekkja passaporti fid-databases manwalment. Fiż-żmien meta l-passiġġieri kienu jiġu ċċekjati manwalment, il-biċċa l-kbira tat-titjiriet fl-ajruporti tar-Renju Unit kienu qed jitilqu u jaslu fil-ħin.

Aktar minn 270 e-gate madwar il-pajjiż kollha waqfu jiffunzjonaw għall-ħabta tas-7.50pm u reġgħu ġew onlajn ftit wara nofsillejl.

Id-dipartiment li jissorvelja l-fruntiera qal li fl-ebda punt ma ġiet kompromessa s-sigurtà tal-fruntiera u m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ attività ċibernetika malizzjuża.

Skont l-awtorita tal-ajruport ta’ Heathrow, il-qtugħ nazzjonali fis-sistemi tal-Border Force li fallew nhar it-Tlieta filgħaxija, issa kollha qed jaħdmu bħas-soltu u li l-passiġġieri jistgħu jivvjaġġaw minn Heathrow bla xkiel.

Passiġġieri rrakkuntaw kif il-ħsara li damet sigħat ħolqot ħerba fil-pjanijiet tal-ivvjaġġar tagħhom. Kien hemm ukoll ġenituri li qalu li wliedhom kellhom jistennew għal siegħat sħaħ mingħajr ikel jew ilma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport