Saturday, December 21, 2024

Imut l-Arċisqof tal-Afrika t’Isfel Desmond Tutu fl-età ta’ 90 sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Arċisqof Desmond Tutu, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi li għen biex jintemm l-apartheid fl-Afrika t’Isfel, miet fl-età ta’ 90 sena.

Il-mewt tiegħu ġiet ikkonfermata fi stqarrija mill-President Cyril Ramaphosa li ddeskriva lill-Arċisqof Tutu bħala “mexxej spiritwali magħruf, attivist kontra l-apartheid u attivist globali għad-drittijiet tal-bniedem.”

Tutu kien ingħata l-Premju Nobel fl-1984 għar-rwol tiegħu bħala figura ta’ għaqda fil-kampanja sabiex tissolva l-problema tal-apartheid fl-Afrika t’Isfel.

Il-mewt tiegħu seħħet ġimgħat biss wara dik tal-aħħar president tal-era tal-apartheid tal-Afrika t’Isfel, FW de Clerk, li miet fl-età ta’ 85 sena.

Ekonomija

Sport