Tuesday, April 30, 2024

Kamra tal-aħbarijiet tħabbar il-mewt tal-Papa Franġisku waqt xandira diretta fil-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

ITV News spiċċaw imxandra mal-erbat irjieħ tad-dinja wara falza stikka tal-preżentatriċi li bi żball ħabbret il-mewt tal-Papa.

Il-persuna inkarigata mill-qari tal-aħbarijiet kienet qiegħda tirraporta d-diskors annwali tal-Papa f’jum il-Milied meta għamlet dan l-iżball.

Hija qalet li “L-indirizz tal-Papa għal dawn il-jiem ta’ festi kien jiffoka fuq it-talb bit-tama li din il-pandemija tiġi fi tmiemha. Qal ukoll li l-vaċċin għandu jkun disponibbli għal dawk kollha li għandhom bżonn… Il-mewt tiegħu tħabbret…”

Minkejja dan hija ntebħet immedjatament bl-iżball u kkoreġiet lilha nnifiha filwaqt li skużat ruħha.

Fost dawk li kienu qegħdin isegwu kien hemm telespettaturi li dehru konfużi b’dak li semgħu u saħansitra kien hemm minnhom li kitbu fuq il-midja soċjali biex jistaqsu jekk kinux semgħu tajjeb meta semgħu dwar il-mewt tal-Papa meta kienu qegħdin jisimgħu l-kelma tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied.

Il-Papa Franġisku għadu ħaj u fil-messaġġ tiegħu tal-bieraħ fost temi oħra huwa tkellem dwar it-traġedji tal-gwerra, il-vittmi tal-vjolenza domestika li komplew jiżdiedu matul il-pandemija u dawk iċ-ċkejknin jew adoloxxenti li qegħdin ibatu minn xi forma ta’ abbuż.

Sport