Friday, April 19, 2024

Il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kumpanija LIDL Malta daħlu membri fi ħdan il-GWU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Kevin Camilleri għadu kemm ħabbar li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kumpanija Lidl Malta issa huma membri tal-GWU.

Camilleri f’messaġġ viżiv spjega li ftit tal-jiem ilu kien hemm il-verifika min-naħa tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali fejn ikkonkluda li l-maġġoranza ta’ dan il-grupp, ta’ din il-faxxa ta’ ħaddiema huma membri fi ħdan il-GWU.

YouTube video

Camilleri qal li dan juri r-relevanza li l-GWU għad għandha fis-soċjetà Maltija li qiegħda tippenetra kumpaniji li għandhom tendenza li ma jkunux daqstant favorevoli li l-ħaddiema tagħhom jissieħbu fi trejdunion.

Camilleri rringrazzja lis-Segretarja tat-Taqsima Riccarda Darmanin, lill-istaff kollu tal-GWU kif ukoll l-istaff kollu ta’ din il-kumpanija għall-ħidma tagħhom biex din il-maġġoranza setgħet tinkiseb.

Huwa temm jgħid li aktar kumpaniji li m’għandhomx tendenza li jkunu favur it-trejdunioniżmu jinsabu għaddejjin f’taħditiet biex dawn ukoll jissieħbu fil-GWU fiż-żmien li ġej.

1 kumment

  1. Jien dejjem emmint u ghadni nemmen li kull haddiem irid ikun membru go trade union u dan fl-interess tieghu stess.
    I had always believed and still believe that every worker should be a member of a trade union and this is for his own interest.

Comments are closed.

Sport