L-attur Amerikan Tom Sizemore li kien mgħaruf għar-rwol tiegħu fil-films Saving Private Ryan u Black Hawk Down fost oħrajn miet fl-aħħar sigħat. Dan tħabbar mill-maniġer tiegħu wara li fl-aħħar jiem Sizemore kien qed marid sew. Hu miet fl-età ta’ 61 sena.
Sizemore kiseb il-fama tiegħu lejn is-snin 90 meta ħa sehem f’diversi films. Hu kien ingħata rwol ukoll fil-films Natural Born Killers, Pearl Harbor u Heat.
Għal xi żmien hu kien qed jiġġieled il-vizzju tad-droga u anke kien spiċċa l-ħabs wara li nstab ħati ta’ vjolenza domestika.
Kien fit-18 ta’ Frar li Sizemore daħal f’koma profonda wara li sofra attakk tal-qalb li affetwali moħħu.
Il-maniġer tiegħu Charles Lago qal li l-attur miet ilbiera fl-isptar ta’ Burbank f’Kalifornja. Ħdejn kien hemm ħuħ Paul u ż-żewġ subien tewmin Jayden u Jagger.