Tuesday, May 14, 2024

Blackball: Cospicua Rangers u Ħamrun 147 B fl-ewwel post

Aqra wkoll

Cospicua Rangers u Ħamrun 147 B baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta kisbu rebħiet importanti fil-konfronti rispettivi tagħhom.

Cospicua Rangers kellhom rebħa kbira ta’ 11-0 kontra Każin Pinto Qormi A filwaqt li fil-konfront dirett Ħamrun 147 B għelbu lil Valletta Breakwater 11-6.

Jojo’s Birżebbuġa kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li kellhom riżultat pożittiv ta’ 11-4 kontra Każin Pinto Qormi A

Fil-kampjonat reġjonali, Mosta St Mary’s A iddominaw il-konfront kontra Juve Birkirkara A tant li rebħu 11-0 sabiex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika.

Fl-istess waqt, Birkirkara Youngsters sofrew telfa xejn mistennija ta’ 11-7 kontraS San Ġwann Nick’s A li min-naħa tagħhom telgħu fit-tielet post.

Id-derby ta’ Birkirkara bejn Duke’s A u Birkirkara Boċċi spiċċa fi draw ta’ 10-10 filwaqt li Selmun Bar A għelbu lil San Ġwann White Hart 11-4.

Finalment Ħamrun 147 C kisbu s-sitt rebħa staġjonali hekk kif rebħu 11-6 kontra Każin Pinto B.

Fil-Community League, il-leaders ta’ grupp A Valletta Fossa Boys għelbu lil PL Balzan A 11-2 filwaqt li Domus Kids Żejtun u Birkirkara Duke’s B kisbu tliet punti importanti wara rebħiet kontra Mosta St Mary’s (11-9) u Jojo’s Birżebbuġa B.

Fi grupp B, il-leaders PL Balzan u Selmun Bar B rebħu bl-iskor identiku ta’ 11-6 kontra PN Mġarr u Taċ-Ċaċċu Qormi rispettivament.

Ħamrun 147 D rebħu lil Di Santos Qormi 10-5 filwaqt li anke San Ġwann Nick’s B kisbu tliet punti wara logħba kumbattuta kontra Mosta St Mary’s C 11-9.

KLASSIFIKA – NATIONAL LEAGUE

Cospicua Rangers, Ħamrun 147 B 12, Valletta Breakwater, Ħamrun 147 A 9, Jojo’s Birżebbuġa A 3, Każin Pinto A 0

KLASSIFIKA – REGIONAL LEAGUE:

Mosta St Mary’s A 32, Birkirkara Youngsters 31, San Ġwann Nick’s A 28, Birkirkara Duke’s A 26, Ħamrun 147 C 20, Selmun Bar A 19, Birkirkara Boċċi 18, Każin Pinto Qormi B 13, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Grupp A

Valletta Fossa Boys, Juve Birkirkara B 19, Jojo’s Birżebbuġa B 18, Birkirkara Duke’s B 15, Domus Kids Żejtun 13, Mosta St Mary’s B 6, Selmum Bar C 4, PL Balzan 0

KLASSIFIKA COMMUNITY LEAGUE – Grupp B

PL Balzan B 21, Ħamrun 147 D, Selmun Bar B 15, Mosta St Mary’s C 10, PN Mġarr, Di Santos Qormi 9, San Ġwann Nick’s B 7, Taċ-Ċaċċu Qormi 6

Sport