Wednesday, March 27, 2024

80% tal-irġiel u 64% tan-nisa f’Malta mistennija jkunu f’riskju ta’ obeżità sal-2025

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ obeżità f’Malta qiegħda tikber. Dan hekk kif sas-sena 2025, huwa maħsub li se jkun hemm 80% tal-irġiel u 64% tan-nisa Maltin li jbagħtu minn obeżità. Dan kollu se jwassal biex fl-2035 l-irġiel Maltin mistennija jkunu d-disa’ l-aktar ħoxnin fid-dinja.

Din l-informazzjoni ġiet ippublikata minn rapport maħruġ mill-Federazzjoni Dinjija tal-Obeżità. L-istess rapport juri li sas-sena 2035, aktar min-nofs il-popolazzjoni tad-dinja mistennija li jkollha piż żejjed jew inkella li se jkunu qegħdin ibagħtu minn obeżità. Bħalissa sa din is-sena kurrenti hemm madwar 2.6 biljun ruħ, jiġifieri 38% tal-popolazzjoni fid-dinja diġà għandhom piż żejjed jew obeżità. Huwa maħsub li t-total minn 2.6 biljuni mistenni jitla għal aktar minn 4 biljuni fi żmien tnax -il sena.

L-obeżità qed tiżdied l-iktar fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Din qed tiżdied b’rata iktar mgħaġġla minn dik tal-adulti. Minħabba f’hekk ir-rata mistennija titla’ b’100% fost is-subien taħt it-18-il sena, li se jħalli 208 miljun affettwati. Però l-iktar li se jiżdied huwa fost il-bniet, hekk kif huwa mistenni persentaġġ ta’ 125%, jiġifieri se jkunu affetwati 175 miljun tfajla taħt it-18 -il sena.

Il-Federazzjoni tgħid li l-inqas pajjiżi ppreparati biex jitrattaw żieda fl-obeżità huma; in-Niġer, il-Papwa Ginea Ġdida, is-Somalja, in-Niġerja u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. Id-direttriċi tax-xjenza tal-federazzjoni, Rachel Jackson Leach wissiet li mingħajr azzjoni soda, pajjiżi bi dħul baxx u medju li huma l-inqas kapaċi li jindirizzaw l-obeżità u għalhekk huma mistennija li jbagħtu konsegwenzi kbar.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Federazzjoni, il-Professur Louise Baur qal li dan ir-rapport juri biċ-ċar x’inhu mistenni għal futur. Huwa qal li jekk din ma tiġix indirizzata mmedjatament, wieħed se jkun qiegħed jirriskja r-riperkussjonijiet serji fil-futur.

Il-federazzjoni hija alleanza ta’ gruppi ta’ saħħa, xjentifiċi, riċerka u kampanji. Din taħdem fil-qrib ma’ diversi aġenziji globali, inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fejn bosta drabi jiġi diskuss is-suġġett tal-obeżità.

Ekonomija

Sport