FW de Klerk, eks President tal-Afrika t’Isfel u l-aħħar persuna ta’ ġilda bajda lil mexxiet lil dan il-pajjiż, miet fl-età ta’ 85 sena. de Klerk kien strumentali fit-tranżizzjoni demokratika ta’ dan il-pajjiż li huwa mexxa bejn Settembru 1989 u Mejju tal-1994. Huwa kien qiegħed ibati mill-marda tal-kanċer fil-pulmun.
Klerk jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu biex ġab fi tmiemha l-era ta’ apartheid ġewwa l-Afrika t’Isfel u kien anke ħeles lil Nelson Mandela fis-sena 1990. Fil-1993 huwa kien qasam il-Premju Nobel għall-Paċi flimkien ma’ Mandela.