Friday, October 16, 2026
Home Sport Imut player tar-rugby ta’ 31 sena qabel logħba miċ-Champions Cup

Imut player tar-rugby ta’ 31 sena qabel logħba miċ-Champions Cup

0
48

Id-dinja tar-rugby tinsab f’luttu wara l-mewt għall-għarrieda tal-player Sud-Afrikan, Hyron Andrews, li miet fl-età ta’ 31 sena waqt li kien fi Franza mat-team tiegħu, il-Lions, qabel il-konfront kontra La Rochelle fiċ-Champions Cup.

Andrews, li kien jilgħab fit-tieni ringiela, kien ingħaqad mal-Lions aktar kmieni dan l-istaġun wara li qatta’ sentejn mal-club Ingliż, Sale Sharks. Huwa kien irrappreżenta wkoll lil pajjiżu mat-team nazzjonali ta’ Taħt l-20 sena.

Skont rapporti, Andrews instab mitluf minn sensih fil-lukanda fejn kien qed joqgħod it-team. L-awtoritajiet Franċiżi fetħu investigazzjoni biex jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi u l-kawża eżatta tal-mewt tiegħu.

Il-Lions ikkonfermaw li l-partita kontra La Rochelle se tintlagħab kif skedat, f’ġieħ il-memorja ta’ Andrews. 

Qabel il-logħbiet kollha tal-European Champions Cup u taċ-Challenge Cup fi tmiem il-ġimgħa se tinżamm minuta silenzju għall-memorja tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here