Saturday, May 4, 2024

Imut wara li waqa’ madwar tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ta’ Xbiex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel miet wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Tork ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema waqa’ madwar tliet sulari ġo xaft waqt li kien qed jaħdem. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport