Tuesday, May 14, 2024

L-Ingilterra twissi dwar il-kuntatt mal-annimali hekk kif il-każi tal-monkeypox qabżu l-100

Aqra wkoll

Skont parir ġdid mill-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit (UKHSA), pazjenti infettati bil-monkeypox għandhom jevitaw kwalunkwe kuntatt mal-annimali domestiċi tagħhom għal 21 jum, .

S’issa, 106 persuna fir-Renju Unit ġew ikkonfermati bħala infettati bil-virus.

Gerbils, ħamsters u annimali oħra tal-istess speċi jistgħu jkunu partikolarment suxxettibbli għall-marda u t-tħassib huwa li jista’ jinfirex fil-popolazzjoni tal-annimali.

Il-gvern qal li s’issa ma nstabu l-ebda każi f’annimali domestiċi u r-riskju li dan iseħħ għadu baxx.

“L-inkwiet huwa li l-virus jista’ jidħol f’annimali domestiċi u essenzjalment jiġi trażmess bejnhom u l-bnedmin b’mod ripetut,” qal Prof Lawrence Young, virologu fl-Università ta’ Warwick.

Skont il-linji gwida maħruġin mill-UKHSA u awtoritajiet tas-saħħa qiegħed ikun rakkomandat li l-fniek tal-Indi domestiċi, il-firien, il-ġrieden u annimali oħra għandhom jitneħħew mid-dar ta’ xi ħadd infettat bil-monkeypox għal 21 jum kif ukoll jiġu ttestjati għall-marda.

Annimali domestiċi oħra bħall-klieb u l-qtates għandhom jitqiegħdu f’iżolament fid-dar b’kontrolli veterinarji regolari biex “jiżguraw li ma jiġu osservati l-ebda sinjali kliniċi” relatati.

Aktar qabel, l-istess awtoritajiet tas-saħħa ħeġġew liċ-ċittadini tagħhom biex jevitaw milli joqogħdu jmellsu l-annimali domestiċi tagħhom, kif ukoll dawk ta’ persuni oħra meta mistednin għandhom id-dar.

Sport