Sunday, May 19, 2024

UNL: Italja v Ingilterra se tintlagħab f’San Siro

Aqra wkoll

It-tieni logħba bejn l-Italja u l-Ingilterra tan-Nations League se tintlagħab fit-23 ta’ Settembru f’San Siro. Din se tkun it-tielet darba li l-Ingilterra se tilgħab f’dan l-ista­dium mill-1939.

L-ewwel logħba bejn iż-żewġ pajjiżi fin-Nations League se ssir fil-11 ta’ Ġunju f’Molineux, Wolverhampton, min­għajr spettaturi meta l-Ingilterra se tkun qed tiskonta kastig wara l-vjolenza li qalgħu l-partitarji Ingliżi fil-finali tal-Euro 2020 f’Wembley kontra l-istess Italja.

Sport