Sunday, December 22, 2024

Imutu ħames persuni fi sparatura fil-Kanada

Aqra wkoll

Ħames persuni nqatlu fi sparatura fil-Kanada. Il-każ seħħ f’bini fil-belt ta’ Vaughan (madwar 18-il mil fin-Nofsinhar ta’ Toronto, Ontario), ilbieraħ filgħaxija.

Il-persuna li fetħet in-nar fuq dawn l-individwi mietet fil-post fejn sar l-inċident. Dan ikkonfermah Jim MacSween — uffiċjal tal-Pulizija tal-lokal. Barra minn hekk huwa qal li persuna oħra li ndarbet f’dan l-inċident ittieħdet l-isptar u s’issa ma jidhirx li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Kuntistabbli tal-Pulizija, Laura Nicolle, iddeskriviet dan l-episodju  bħala l-agħar wieħed li qatt iltaqgħet miegħu matul il-karriera tagħha fil-Pulizija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport