Saturday, May 4, 2024

F’għeluq is-17-il sena mit-twaqqif tal-Malta Cruising Club

Aqra wkoll

Illum, 17-il sena mit-twaqqif tiegħu, il-kunċett oriġinali u l-għanijiet tal-Malta Cruising Club għadhom mħarsa.

Fost l-aktar avvenimenti importanti u apprezzati tal-Klabb hemm il-Commodore’s Award li jingħata kull sena lil dak il-membru li jkun ta servizz speċjali lill-Klabb u lill-membri tiegħu. L-ibburdjar ħafna drabi huwa kkaratterizzat bħala tfittxija personali għal avventura fuq il-baħar, u Winston Urpani, ir-rebbieħ tal-Malta Cruising Club Commodore’s Award għall-2022 kellu kisba eċċitanti ta’ tbaħħir tabilħaqq.

Winston Urpani baħri entużjast li, waqt li kien jgħix fl-Istati Uniti fl-età żagħżugħ tiegħu kien windsurfer ħerqan, ilu membru tal-Klabb għal żmien twil – aktar minn 12-il sena – u kien wieħed mill-ewwel membri li bdew ibaħħru lejn il-Greċja regolarment u b’mod partikolari l-Baħar Jonju.

L-entużjażmu u l-passjoni ta’ Winston lejn din id-destinazzjoni għamluh punt ta’ referenza għal membri oħra tal-Klabb għal parir u aktar minn darba kien strumentali biex jgħinhom fid-diffikultajiet tagħhom. Hekk kien il-każ dan is-sajf, meta membru f’daqqa waħda spiċċa bla ekwipaġġ biex imur bid-dgħajsa tal-qlugħ tiegħu lejn il-Greċja, u Urpani mill-ewwel offra volontarju biex ikun l-ekwipaġġ tiegħu.

Fil-programm ta’ attivitajiet tradizzjonali ‘off-season’ tal-Club Winston Urpani saħansitra qasam l-avventuri ta’ cruising tiegħu lejn il-Greċja, fuq id-dgħajsa tal-qlugħ tiegħu Moon Duster, billi ta preżentazzjoni sħiħa dwar is-suġġett lil membri oħra tal-Klabb.

Il-Commodore’s Award Trophy ġie introdott mis-Segretarju tal-Klabb ta’ dak iż-żmien, Michael Mifsud, fl-2011. Minn dakinhar dan ir-rikonoxximent ingħata f’seba’ okkażjonijiet, jiġifieri lil David Dingli (2011), Austin Calleja (2013), Pierre Aquilina (2017), Patrick u Nadine Genovese (2018), John Cini (2019), Dr Carmel Abela (2020), u Dott. Ing. Luigi Tussellino (2021).

It-Trophy b’disinn tad-dgħajsa tal-qlugħ tar-ram joriġina minn Marsilja Franza filwaqt li l-bażi, ta’ ġewż solidu, kienet manifatturata lokalment minn Stephen Azzopardi (SAW Ltd).

Ritratti:

Il-Commodore Wilfred Sultana jippreżenta lil Winston Urpani bil-Commodore’s Award għall-2022 fil-preżenza tal-membri tal-kumitat tal-Malta Cruising Club.
                                                                                                                                          Tmiem: 12.12.2022

Sport