Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNAT: Ċiklista ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Ċiklista ddaħlet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħa ta’ 25 sena mill-Furjana kellha mpatt ma’ mitsubishi pajero junior misjuq minn mara ta’ 50 sena residenti l-Mosta.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet liċ-ċiklista lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport