Wednesday, April 24, 2024

Sejħa urġenti għad-demm ‘O’ u ‘A’ positive

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella għal iktar għotjiet tad-demm, b’mod speċjali tat-tip O positive u A positive, hekk kif fl-aħħar sigħat ir-riserva ta’ dawn it-tipi ta’ demm niżlet għal livell kritiku.

F’dan il-mument sensittiv, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella lill-pubbliku sabiex mill-iktar fis possibbli jmur jagħti d-demm b’ġest ta’ solidarjetà mal-pazjenti kollha.

L-għoti tad-demm għandu jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li bħal dejjem ikun miftuħ sas-6:00pm.

Importanti li dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti, u li jkollhom maskra għal waqt l-għoti tad-demm.

Sport