Friday, November 15, 2024

Imutu id f’id sekondi bogħod minn xulxin wara aktar minn 40 sena miżżewġin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Koppja miżżewġa għal aktar minn 40 sena mietu jżommu id xulxin ftit sekondi bogħod minn xulxin.

William Stewart ta’ 73 sena u martu Carol ta’ 69 sena minn New Hamshire sfaw infettati bil-Covid-19 u kellhom jiddaħħlu l-Isptar għall-kura. Sfortunatament il-kundizzjoni tagħhom kompliet tiggrava u skont rapporti huma mietu fi sptar f’Salem fit-30 ta’ Diċembru li għadda.

In-neputi taż-żewġ anzjani ħabbar dwar il-mewt tagħhom u qal li huma mietu jżommu id xulxin fid-9.12 p.m wara ġlieda kontra l-virus fejn saħansitra kellhom bżonn l-ossiġnu minħabba l-istat li spiċċaw fih.

Ir-raġel kien ilu fuq il-magni għal tmint ijiem filwaqt li martu kien ilha ġimagħtejn. Fl-aħħar jum il-professjonisti ndunaw li għaż-żewġt anzjani l-ħajja kienet kwistjoni ta’ sigħat u għalhekk l-ulied għażlu li jitrassferuhom fl-istess sala. Meta binthom għenithom jingħaqdu id f’id, l-anzjan ħa l-aħħar nifs twil u miet. Martu mietet biss madwar 10 sekondi wara.

Ekonomija

Sport