Saturday, December 21, 2024

Imutu iktar minn 9,000 persuna kawża tat-terremoti fit-Turkija u s-Sirja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Jaqbżu d-9,000 l-ammont ta’ persuni li mietu kawża tat-terremoti li laqtu lit-Turkija u lis-Sirja nhar it-Tnejn li għadda f’temp t’inqas minn 12-il siegħa. Dan filwaqt li hemm għexieren ta’ eluf oħra midruba.

Intant, diversi uffiċjali tas-salvataġġ minn diversi pajjiżi jinsabu f’ħidma kollaborattiva, inkluż 32 pumpier mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, sabiex jgħinu lin-nies biex joħorġu minn qalb it-tifrik tal-bini. Dan minkejja l-kundizzjonijiet ħorox li qed jaffaċċjaw kawża tat-temperaturi ffriżati tax-xitwa.

Kawża ta’ dawn it-terrimoti, b’tal-ewwel li rreġistra qawwa ta’ 7.8 u l-ieħor b’qawwa ta’ 7.6 fuq l-Iskala Richter, waqgħu eluf ta’ binjiet inkluż sptarijiet, skejjel u blokok ta’ appartamenti, kif ukoll għadd ta’ nies spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom fit-Turkija u fit-Tramuntana tas-Sirja.

Ekonomija

Sport