Tuesday, May 14, 2024

Hockey: Organizzat it-tieni festival tal-hockey U12

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey organizzat it-tieni festival tal-hockey għal tfal ta’ taħt it-12-il sena fil-kumpless f’Kordin.

Din id-darba kien hemm żieda fin-numru ta’ timijiet li pparteċipaw fejn GREE Sliema Hotsticks, Qormi Daikin, Floriana Young Stars, White Hart u tliet timijiet ta’ Marsaskala ġabru aktar minn 50 tifel u tifla.

Il-president tal-assoċjazzjoni Gordon Mifsud f’diskors qasir qal li dawn il-festival qed jagħmlu ġid kbir lill-komunita’ tal-hockey f’Malta li qed tkompli żżid il-membri żgħażagħ tagħha. Dan kollu jiżgura futur sabiħ lejn din il-logħba tant sabiħa.

Sport