Tuesday, May 14, 2024

Darts 5-a-side: Ħamrun Bayern A jispikkaw b’rebħa fuq Duke’s A

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern A spikkaw fir-raba’ ġurnata tal-kampjonat 5-a-side tad-darts meta għelbu lil Duke’s A 5-0 f’logħba minn grupp A. Mill-istess grupp, Sliema Inter Darts Club kisbu rebħa tajba ta’ 3-2 barra minn darhom għand Fgura Maypole.

Fl-uniku logħba minn grupp B, Manchester Conquest Pub ħarġu rebbieħa fuq Żebbuġ Rangers 4-1 filwaqt li fi grupp Ċ, Education Bar kienu aħjar minn Birżebbuġa Lions tant li rebħu 4-1. Mill-banda l-oħra, Floriana Ajax MCP batew aktar milli mistenni sabiex jegħlbu lil Ħamrun Bayern B 3-2.

Finalment fi grupp D, Floriana Ajax X Clean rebħu 3-2 barra minn darhom għand Leah’s Bar filwaqt li bl-istess skor Beland Żejtun għelbu lil Fgura Kenky.

Sport