Sunday, November 24, 2024

Imutu madwar sebgħin persuna kawża ta’ nirien fi blokka ta’ appartamenti fl-Afrika

Aqra wkoll

F’Johannesburg l-Afrika t’Isfel aktar minn sebgħin ruħ mietu kawża ta’ nirien li ħakmu fi blokka ta’ appartamenti. Dan l-inċident qiegħed jitqies bħala l-agħar wieħed fl-istorja, minħabba l-fatt li minbara dawk li tilfu ħajjithom, hemm ukoll madwar 50 persuna midruba.

Midja internazzjonali irrapurtat li dan il-inċident f’Johannesburg, beda ftit aktar tard min-nofsilejl tal-bieraħ. Kelliem tas-servizzi tal-emerġenza, Robert Mulaudzi, fl-ewwel sigħat ta’ din it-traġedja qal li n-numru tal-imwiet kawża tan-nirien jista’ jitla’ aktar hekk kif għad hemm bosta persuni maqbuda ġewwa.

Mulaudzi stqarr li, “f’20 sena servizz, qatt ma rajt xi ħaġa bħal din”. Fost il-vittmi hemm mill-inqas tifel jew tifla li tilfu ħajjithom. F’xeni ta’ qsim il-qalb huwa rrapportat li n-nies qegħdin ifittxu lill-għeżież tagħhom.

Sport