Sunday, December 22, 2024

Imutu żewġ anzjani u persuna oħra tiddaħħal fl-ITU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,496 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 86 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 56 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi żdiedu għal 643.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 32 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet żdied għal 435 wara li fl-aħħar 24 siegħa, mara ta’ 92 sena u raġel ta’ 79 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 788,292 doża. Minn dawn 409,498 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 407,154 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport