Thursday, April 18, 2024

Jibda l-ġuri tal-kantant tal-R&B R. Kelly

Aqra wkoll

Il-ġuri tal-kantant Amerikan tal-R&B R. Kelly beda ġewwa Brooklyn, New York. L-istilla mużikali qiegħed jiġi akkużat b’negozju diżonest, abbuż sesswali u anke tixħim; akkużi li huwa ċaħad repetutament. Uħud mill-allegazzjonijiet li tressqu fil-konfront tal-kantant – li ismu proprja huwa Robert Sylvester Kelly – imorru lura 20 sena. Jekk jinstab ħati fuq l-akkużi kollha li tressqu, huwa jista’ jeħel sentenza twila ta’ ħabs.

L-ewwel xhud fil-ġuri kienet Jerhonda Johnson Pace, fejn hija qalet lill-ġurnati li R. Kelly kien jaf li hija kienet taħt l-età meta fl-2009 huwa kellu x’jaqsam sesswalment magħha. Dakinhar Pace kellha 17-il sena. Kelly qiegħed jiġi akkużat li għal żewġ deċenji sħaħ rawwem nisa u tfajliet taħt l-età għas-sess. 

Fl-argument tal-ftuħ l-avukat ta’ Kelly Nicole Blank Becker qalet li l-allegat vittmi huma groupies li oriġinarjament kienu taw il-kunsens tagħhom għas-sess u wara  “riedu joħolqu l-problemi”. Becker argumentat li hu ma rawwem l-ebda nisa, anzi kienu huma li marru lejh filwaqt li żiedet tgħid li wħud mir-relazzjonijiet li kellu kienu “sbieħ u fit-tul”. Becker pinġiet lill-klijent tagħha bħala vittma ta’ dawn in-nisa. Min-naħa l-oħra l-prosekuzzjoni ddeskriviet lil Kelly bħala “raġel li jigdeb, jimmanipula, jhedded u juża vjolenza fiżika biex jiddomina lill-vittmi u evita li jkun kontabbli għal snin sħaħ.”

Ekonomija

Sport