Wednesday, April 24, 2024

“L-għajnejn kollox… L-għajnejn jagħmlu r-ritratt”

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Niċċelebraw il-Jum Dinji tal-fotografija

Ta’ kuljum il-fotografi tagħna jiġbdu mijiet ta’ ritratti biex il-qarrejja tagħna jkunu jistgħu jesperjenzaw b’għajnejhom dak li xi kultant il-pinna ma tistax turi. Ħafna drabi nitpaxxew bir-ritratti mingħajr ma nieqfu minuta u naħsbu ftit dwar dak l-individwu li qiegħed wara l-lenti. Proprju din il-ġimgħa niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Fotografija u filwaqt li tajjeb li naprezzaw l-arti tal-fotografi, nieħdu l-opportunità li napprezzaw il-fotografu nnifsu. 

Għaldaqstant, Talk.mt tkellem maż-żewġ fotografi tiegħu fejn irrakkontaw minn fejn bdiet il-passjoni tagħhom. Roger Azzopardi ilu fi ħdan il-General Workers Union (GWU) għal dawn l-aħħar 35 sena, fihom esperjenza mumenti indimentikabbli, iżda l-imħabba għal kamera bdiet ferm aktar qabel, saħansitra meta kellu ħames snin. 

Huwa jirrakkonta kif il-fotografija kienet xi ħaġa li trabba fiha. “Missieri kien fotografu, kien wieħed mill-ewwel fotografi tal-Union Press. Jiena u ħija konna dejjem nieħdu interess, missieri dejjem kien iħajjarna għar-ritratti, anke ta’ età żgħira. Konna noħorġu u kien jgħidli iġbed li trid,” stqarr Roger. 

Roger tenna li tul il-karriera tiegħu, ħadem b’ritratti bla kulur, bil-kulur u issa fl-era tar-ritratti diġitali. 

“L-għajnejn huma kollox. L-għajnejn jagħmlu r-ritratt. Jista’ jkollok l-iktar kamera irħisa u xorta jirnexxielek tieħu ritratt sabiħ ”

ROGER AZZOPARDI

X’inhi l-iktar ħaġa li ser tibqa’ tiftakar tul ħajtek kollha?

Kull delitt li mort u kull inċident traġiku li jispiċċa bil-vittmi. Dawk ma tinsihom qatt. Tista’ tkun ġurnata trankwilla u f’daqqa waħda jiġik dak il-ħsieb ta’ dik il-ġurnata. Minn naħa l-oħra, l-aktar mument sbiħ għalijja huwa meta tkun ix-xita, għaliex inħobb nieħu ħafna ritratti. Esperjenza oħra li ma ninsa qatt hija meta mort fit-Twin Towers, sena qabel ma ġrat it-traġedja. Kont ħadt ritratti mill-quċċata mir-restorant li dak iż-żmien kien jismu ‘Windows of the World’ u llum il-ġurnata meta narhom ngħid, li nista’ inħoss dak li bdew iħossu dawk in-nies maqbudin fuq, dakinhar tat-traġedja. 

Sport