Sunday, October 27, 2024

Imwaqqaf benevolent fund fost l-Uffiċjali Korrettivi fuq bażi volontarja

… ipparteċipaw fih mat-93% tal-ħaddiema

Aqra wkoll

Fuq proposta li ressqet it-Taqsima GWU Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi, ftit tal-ġimgħat ilu twaqqaf ‘benevolent fund’ fuq bażi volontarja fost l-Uffiċjali Korrettivi. Jirriżulta li sa issa f’dan il-fond ipparteċipaw mat-93% tal-ħaddiema.

Żewġ Uffiċjali Korrettivi diġà bdew jibbenefikaw minn dan il-fond, kif se jibbenefikaw ukoll minn assistenza legali b’xejn fi proċeduri legali fil-konfront tagħhom. 

It-Taqsima GWU Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi qalet li dan isir għax tassew jemmnu li dawn huma uffiċjali ta’ integrità u jistħoqqilhom appoġġ.

It-Taqsima rringrazzjat lill-amministrazzjoni tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tal-koperazzjoni tagħhom biex seta’ jitwaqqaf dan il-fond u lil dawk kollha li qegħdin jipparteċipaw fih fejn qed juru kemm huma solidali ma’ xulxin minkejja kull attakk fil-konfront tagħhom. 

Sport