Thursday, April 18, 2024

Fl-Istati Uniti it-tfal bdew jingħataw it-tilqima kontra l-Covid

Aqra wkoll

Fl-Istati Uniti għalkemm għad hemm xettiċiżmu minn għadd ta’ ġenituri, bdiet tingħata it-tilqima kontra l-Covid19 lit-tfal. Dawn qed jingħataw lil tfal ta’ bejn 5 u 11-il sena. 

Minn staħrriġ li sar minn Kaiser Family Foundation wera li tlieta minn kull għaxar ġenituri lesti li jagħtu it-tilqima li uliedhom waqt li hemm terz li qed jgħidu li lesti li jistennew aktar żmien.

Mistoqija li l-aktar li qed issir mill-ġenituri li huma xettiċi hi dik ta’ għaliex inlaqqmu lit-tfal kontra l-Covid19 meta dawn huma fost l-inqas li jimirdu biha.

Għal din id-domanda Dr Ryan Van Ramshors, li hu Chief Medical Director għal Medicaid, iddikjara li fost tfal ta’ bejn 5 u 11-il sena, hemm xejn inqas minn 2 miljun każ ta’ infezzjonijiet. Minn dawn 8,000 spiċċaw l-isptar.  Hu qal li l-ġenituri li għandhom domandi għandhom jindirizzaw mal-pedjatri tat-tfal.

Ekonomija

Sport