Wednesday, April 24, 2024

Riżultati juru li l-pillola tal-Pfizer kontra l-Covid-19 hija 89% effettiva

Aqra wkoll

Riżultati tal-provi kliniċi juru li pillola li qed tiġi żviluppata mill-kumpanija Amerikana Pfizer kontra l-Covid-19 tnaqqas ir-riskju ta’ dħul fl-isptarijiet jew mewt f’adulti vulnerabbli b’89%.

Din il-pillola, bl-isem ta’ Paxlovid, hija maħsuba biex tittieħed minn dawk in-nies f’riskju għoli ta’ mard sever ladarba jibdew jiżviluppaw is-sintomi tal-Covid-19.

Din l-aħbar issegwi l-aħbar tal-bieraħ fejn tħabbar li r-regolator tal-mediċini tar-Renju Unit approva trattament simili mill-kumpanija Merck Sharp u Dohme (MSD).

Intant, il-kumpanijia Pfizer qalet li waqqfet il-provi kmieni peress li r-riżultati inizjali kienu tant pożittivi. Hija se tkun qed tibgħat ir-riżultati li għandha s’issa lill-FDA tal-Istati Uniti, biex tfittex awtorizzazzjoni għall-użu f’emerġenza.

Uffiċjali kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Renju Unit jgħidu li pilloli effettivi kontra l-Covid-19 jistgħu tassew ikunu dak li jissejjaħ “game changer” fil-ġlieda biex tintemm il-pandemija.

Sport