Thursday, April 18, 2024

Id-Dwana taqbad żewġ kontejners mimlija logħob tan-nar illegali

Aqra wkoll

Id-Dwana ta’ Malta kkonfiskat żewġ kontejners ta’ 40 pied li kienu mimlijin b’numru kbir ta’ logħob tan-nar illegali fil-Port Ħieles. Il-valur tagħhom huwa stmat li jlaħħaq is-€658,000.

Wara spezzjoni li għamlu l-Uffiċjali tad-Dwana, żewġ kontejners, li t-tnejn li huma kienu iddikjaraw li kienu qed iġorru minċotti tal-ħjata, instabu wkoll li kien fihom eluf ta’ oġġetti pirotekniċi.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li ż-żewġ kontejners telqu minn Xiamen, fiċ-Ċina u d-destinazzjoni finali tagħhom kienet dik ta’ Skikda, fl-Alġerija.

Ekonomija

Sport