Dawn huma wħud mill-voluntiera li ħadmu qatigħ biex jitwaqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar kannizzata wżata fil-festa tar-raħal.
Dan qalitu The Malta Records fil-paġna ta’ Facebook, fejn spjegat li dan ir-rekord, twaqqaf mill-Kummissjoni Żgħażagħ Palmisti fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Santa Venera V.M. Intqal li l-kannizzata bdiet tinħadem minn Awwissu tas-sena li għaddiet u li bħala materjal intuża ħadid, injam, żebgħa u drapp.
Ġie spjegat ukoll li l-Kummissjoni Żgħażagħ Palmisti ħadet ħsieb il-fondi tagħha, apparti donazzjonijiet minn benefatturi u voluntiera. Din inħadmet min-nies tal-każin biss, il-familja Mallia offriet garaxx fejn inħadmet u Emanuel Micallef, Clyde u Clive Mallia ħallsu ħafna mill-ispejjes minn buthom bla ma talbu xejn lura.