Ajruplani tal-ġlied tan-NATO waqqgħu drone li daħal fl-ispazju tal-ajru tal-Litwanja wara li nħarġet twissija fil-kapitali, Vilnius, u r-reġjun tal-madwar. Fl-istesd waqt, il-Polonja waqqgħet ajruplani tal-ġlied inqas minn ġurnata wara li rkuprat drone Russu suspettat li kien qed jittajjar fl-ibħra tagħha.
Id-drone fuq il-Litwanja twaqqa’ ħdejn ir-raħal ċentrali-tan-nofsinhar ta’ Pratkunai barra l-belt ta’ Kaunas nhar it-Tlieta. Id-drone ġie sparat mill-Belarus u kien sejjer lejn il-punent, skont informazzjoni miċ-ċentru tal-kriżijiet tal-Litwanja li ġiet irrappurtata mir-radju nazzjonali LRT.
Gitanas Nauseda, il-president tal-Litwanja ikkonferma fis-sigħat bikrin tat-Tlieta li drone li kien daħal fl-ispazju tal-ajru Litwan ġie meqrud minn ajruplani tal-ġlied tan-NATO.
Sadanittant, il-Polonja attivaw il-forza tal-ajru tagħhom bħala miżura preventiva fost l-attakki bid-drones mir-Russja fuq l-Ukrajna. Nhar it-Tnejn, il-militar Pollakk irkupra dak li hu suspettat li huwa drone Russu mill-baħar, tul il-kosta tal-Baltiku fit-tramuntana tal-Polonja.
It-Tlieta filgħodu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Litwanja, Kestutis Budrys, irringrazzja lill-alleati li l-preżenza tagħhom tgħin biex tipproteġi l-ispazju tal-ajru Litwn u ssaħħaħ is-sigurtà tal-pajjiż.
Il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja – li kollha huma membri tan-NATO u jinsabu mal-fruntiera mar-Russja – esperjenzaw diversi drabi titjiriet ta’ drones fit-territorji tagħhom minn mindu r-Russja bdiet il-gwerra kontra l-Ukrajna.
Ajruplan tal-ġlied tan-NATO waqqa’ drone Ukren fuq l-Estonja f’Mejju. Dan kien l-ewwel każ fejn il-forza tal-ajru tan-NATO interċettat drone barrani fl-ispazju tal-ajru ta’ stat Baltiku minn mindu r-Russja nediet l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna fl-2022.
Fil-Polonja, il-Ministru tad-Difiża Wladyslaw Kosiniak-Kamysz qal nhar it-Tnejn li l-militar illokalizza u rkupra drone mill-Baħar Baltiku qrib il-bajja ta’ Rusinowo, viċin Jaroslawiec. Spezzjoni preliminari indikat li dak kien drone militari Russu.
Skont kelliem għall-Forzi Armati Pollakki, id-drone deher li kien tat-tip Gerbera – drone b’firxa twila, magħmul minn materjali bħal plajwud u fowm. Dawn spiss jintużaw bħala miri foloz (decoys) iżda jistgħu jġorru wkoll splussivi. Id-drone ġie rkuprat minn bastiment idrografiku ’l barra mill-kosta tar-raħal ta’ Rusinowo.
Il-Prim Ministru Pollakk, Donald Tusk, wissa ripetutament li l-pajjiżi tan-NATO għandhom jistennew żieda fil-provokazzjonijiet minn Moska. Nhar il-Ħadd, drone Russu laqat ferrovija tal-passiġġieri fuq il-fruntiera tal-Ukrajna mal-Polonja, ftit wara li l-eks Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson u diplomati barranin oħra kienu użaw l-istess linja ferrovjarja.




