Saturday, December 21, 2024

“In-negozji tal-ospitalità u l-pubbliku inġenerali qed jieħdu naqra tan-nifs bit-tneħħija tal-aħħar miżuri” – MHRA

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) laqgħet l-aħbar li ngħatat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li ħafna mill-miżuri li daħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar se jitneħħew fis-7 u l-14 ta’ Frar.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal: “In-negozji tal-ospitalità u l-pubbliku inġenerali qed jieħdu naqra tan-nifs hekk kif it-tneħħija tal-aħħar miżuri se ttemm it-tbatijiet li s-setturi tal-industrija tagħna ġew soġġetti għalihom bħala riżultat.”

Fi stqarrija, l-MHRA qalet li minn dakinhar tilfet xi impjegati, li ddeċidew li jfittxu impjieg x’imkien ieħor, fejn it-tilqim ma kienx obbligatorju. 

L-MHRA qalet huwa inkoraġġanti li qed nibdew naraw sinjali ta’ tmiem tal-pandemija u li ninsabu fit-triq it-tajba ta’ rkupru, għalkemm il-Covid jista’ jibqa’ endemiku.

L-MHRA twiegħed l-appoġġ tagħha u se tkompli taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Gvern u l-istakeholders kollha biex jitħaffef il-proċess tal-irkupru.

Ekonomija

Sport