Tuesday, April 30, 2024

“Tikkundannax lil uliedek imma appoġġhom”- Il-Papa Franġisku lill-ġenituri ta’ tfal omosesswali

Aqra wkoll

Filwaqt li indirizza d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-ġenituri ta’ tfal omosesswali biex jaċċettaw l-orjentazzjonijiet sesswali tagħhom, il-kap tal-Knisja Kattolika Rumana, il-Papa Franġisku, qal lill-ġenituri biex ma jikkundannawx lil uliedhom iżda għandhom jappoġġjawhom.

Huwa tkellem f’kummenti fl-udjenza tiegħu ta’ kull ġimgħa b’referenza għad-diffikultajiet li l-ġenituri jistgħu jiffaċċjaw fit-trobbija tat-tfal tagħhom.

Il-Papa, probabbilment l-aktar kap liberali tal-Knisja Kattolika Rumana, ta parir lill-ġenituri li nnutaw orjentazzjoni sesswali differenti f’uliedhom kif jittrattawha u kif isegwu lil uliedhom, u żied jgħid li persuni omosesswali għandhom id-dritt li jiġu aċċettati mill-ġenituri u ħuthom.

Qal ukoll li filwaqt li l-Knisja ma tistax taċċetta żwieġ bejn persuni tal-istess sess tista’ tappoġġja liġijiet tal-unjoni ċivili mmirati li jagħtu drittijiet konġunti lill-imsieħba gay f’oqsma tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa u kwistjonijiet ta’ wirt.

Sport