Monday, December 23, 2024

“In-nies għejjew…. hemm min qed itawwal u qed joħloq frustrazzjoni fin-nies u dawn għandhom jerfgħu responsabbilità”

- Clint Azzopardi Flores, kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hu fatt li għal dawn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tinħass apatija kbir fost sezzjonijiet sħaħ tal-votanti. Din tinħass kemm f’ħafna pajjiżi Ewropej u tinħass ukoll f’pajjiżna. F’pajjiżna hawn ix-xenarju fejn tinħass li hemm apatija kbira fost il-votanti Laburisti. Apatija li l-istess kandidati qegħdin jiltaqgħu magħha b’mod kontinwu. Għandek ukoll persuni li mhux jiddejqu jiddikjaraw li se jivvutaw b’saqajhom. F’intervista mal-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Clint Azzopardi Flores staqsejnieh dwar din ir-realtà. X’qed iwassal għaliha. Fi kliemu stess in-nies għajjew. Jispjega kif wara l-pandemija inqalgħu l-gwerer u lokalment għandna ir-realtà ta’ persuni f’Ministeri li qed itawwlu u joħloq frustrazzjonijiet fost in-nies. Fi kliem Azzopardi Flores dawn għandhom jerfgħu ir-responsabbilità.

Nistaqsuh kif stħarriġ li għadu kif sar wera li 40 fil-mija tal-elettorat huma indeċiżi. Għalfejn? Ma tarax li hemm messaġġ ċar f’dan l-ammont ta’ votanti li qed jgħidu li huma indeċiżi?

Naħseb li f’kull elezzjoni jkun hemm nies li jkunu indeċiżi. Il-persentaġġ ivarja minn elezzjoni għal oħra skont l-andament li jkun għaddej fil-pajjiż. Hi normali li jkun hemm nies indeċiżi. Issa trid tara din il-faxxa ta’ l-40 fil-mija humiex indeċiżi jew lil min se jivvutaw, jew kif se jivvutaw jew jekk hux se joħorġu jivvutaw. Hemm sentiment li hemm gvern li qed ‘mid term’ u hemm sitwazzjoni, jekk tqabbel ma’ dak li għaddej barra minn Malta, li bħala votanti m’aħniex bogħod minnhom. Speċjalment dawn l-elezzjonijiet it-turnout tkun aktar baxxa u ovvjament ikollhom l-ammont li jkunu indeċiżi aktar minn dak ta’ elezzjonijiet.

Qed taħseb li l-ammont li se jivvutaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Ġunju se jkun daqs tas-snin preċedenti?

Naħseb li se tkun ħarira inqas u se tkun ħarira anqas u dan minħabba dak li qed jiġri madwarna fl-Ewropa. In-nies għajjew. Anke fl-Ewropa in-nies għajjew. Għajjew bl-affarijiet li għaddew inkluż il-pandemija. U kif kienu se joqogħdu kwieti ġew eżawriti bl-affarijiet kollha li ġraw fis-sitwazzjoni politika internazzjonali speċjalment fil-kunflitt u gwerrer. In-nies għejjew. In-nies mhux jaraw tama.

Nittamaw li dawn il-voti ma jmorrux għand il-populisti u tal-lemin estrem. Nittamaw li ma jmorrux hemm sentejn ilu jien semmejt li jekk se nmorru għas-sanzjonijiet u n-nies se jkollhom sentiment negattiv u ħażin, se tkunu qed tgħollu l-populiżmu u l-lemin estrem se tkunu qed tgħollu rasu intom stass.

Imma allura m’hemmx kwistjonijiet ukoll lokament li qegħdin jgħejju lin-nies?
Naħseb li l-gvern fir-realtà mil-lat ekonomiku jagħtuh ċertifikat tajjeb il-mod kif irnexxileu jimmaniġġja l-ekonomija, sussidjii tad-dawl u ilma. Meta tqabbel ma’ barra minn Malta x’inhu jiġri?.

Jien inmur u nsiefer u hemm ħbieb tiegħi jgħixu fl-Ewropa, li kont magħhom meta kont Brussels. Dawn diplomatiċi, li jgħidulek li aħna l-kera u fjuwil tant splodew li mhux ilaħħqu. Issa dawn jgħidulek li qed isibuha diffiċli. Trid tieħu l-istampa kollha. Il-gvern irid jibqa’ jirrepeti l-affarijiet li saru tajjeb. Hemm sezzjonijiet żgħar għax hemm ‘income brackets’ illi jinqabdu u qishom mhux intitolati għal ċerti affarijiet u jekk tinqalgħalhom xi ħaġa ma jkunux intiolati għal flus. Jiġifieri dik irridu naraw reviżjoni.

Meta għandek din it-tip ta’ inflazzjoni u negattività ekonomika mil-lat internazzjonali, fi żmien metą kien hemm l-inflazzjoni għalkemm issa bdiet nieżla, b’dak li għamel il-gvern naħseb li kellu jkun hemm flessibilità biex ċertu nies jieħdu transfer minn post għall-ieħor. It-transfers m’għandhomx isibuhom in-nies stess…ir-‘replacement’ tagħhom, għandhom isibuhom min qed imexxi u min għandu responsabbilità li jmexxi.

Jien meta kont ambaxxatur għal kumitat għall-politika u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, jien waqqaft il-finanzjament tal-armamenti. Ħadt ir-responsabbilta kollha fit-totalità ta’ ambaxxatur bil-pakkett kollu li jtuk biex terfa responsabbilità u hekk għandu jagħmel kull min qed jaħdem hemm barra. Ma jippretendix li jerfa’ responsabbilità l-politiku għal l-affarijiet u l-karigi li jridu.

Inti bil-kampanja tiegħek qed tidħol fid-djar tan-nies. Ma tħossx li hemm apatija kbira fost il-votanti Laburisti?

Għandek kwisjtoni fejn il-gvern għandu riżultati tajbin fl-ekonomija imma hemm sezzjonijiet li mhux jiġu indirizzati minn nies li suppost jindirizzawhom. Jien din ma tiswiniex mil-lat ta’ voti għax qed nikkritika imma nħaseb li għandhom ikunu indirizzati. Il-gvern għamel ħafna u dak li għamel tajjeb qed jiġu mtappna b’dawn l-affarijiet. Huma affarijet żgħar li jisgħu jiġu solvuti u trattati fi żmien qasir. Tant għandu riżultati b’saħħithom il-Gvern, li dan qegħdin jgħiduh l-aġenziji ta’ kreditu bħal Fitch, Moodys’ u DBRS.

Dawn ma tħallashomx. Dawn għandhom reputazzjoni. L-affarijiet żgħar li hemm jistgħu jiġu indirizzati u l-gvern jista’ jkompli jimbarka fuq dik il-mewġa ta’ pożittivita illi irnexxielu joħloq u jimmitiga l-problemi tal-pandemija li seta’ kellha effetti kbir mil-lat ekonoiku. U anke l-gwerra immitigaha aħjar mill-Ewropa.

Fejn fl-Ewropa hemm riċessjoni hawnhekk hawn tkabbir ekonomiku. Qed jiżdiedu il-pensjonjiet, qed iżidu il-carer grant. Il-gvern, ir-riżultati tiegħu qed jiġi mittiefsa minn dawn l-affarijiet u r-reżistenza minn ċerti anke pożizzjonijiet li mhux iħallu l-flessibilità lin-nies. Ma tistax toħnoqhom lin-nies.

Qed issemmi reżistenza li qed ittellef ir-riżultati tal-Gvern. Din ir-reżistenza allura ġejja minn persuni fil-customer care tal-ministeri?

Naħseb li hemm ċertu pożizzjonijiet, mhux se noqgħod insemmi ċertu setturi imma kulħadd jaf min huma. Illi ċertu affarijiet qegħdin itawlu. Jien kont fis-settur publbiku u naf kif jaħdem. Irriżenjajt u tlaqt fil-privat. U jekk toqgħod issib ix-xagħra fl-għaġina biex ittawwal, tista’ ttawwal. Hemm pożizzjonijiet fejn qed itawlu u qed jiffrustraw lin-nies.

Naħseb li għandhom jerfgħu r-responsabbilità tagħhom u jagħmluhom l-affarijiet li għandhom isiru. In-nies drawni ngħidha kif inhi. Jien nitkellem b’mod skjett. Jien dejjem fuq in-naħa tan-nies u mhux fuq in-naħa ta’ dawk illi il-politiku irid imur jiġbor il-voti ta’ dawk li suppost jerfgħu responsabbilità.

Inti fil-kampanja tiegħek qiegħed tiffoka fuq iż-żgħar….imma il-kampanja tiegħek hi kampanja ta’ ċertu saħħa mil-lat viżiv u set ups. Din ma tarax li tista’ taffettwa l-mod kif iż-żgħir iħares lejk. Ma tarax kuntrast?

Ma’ taffettwax. Għax jien dejjem man-nies. Lili ħadd ma tani xejn. Jistgħu jagħmlu awditjar kemm iridu. Ħadd ma tani xejn. Qed ngħidha b’mod miftuħ. Ħadd ma tani xejn. Tawni affarijiet żgħar. Kull ma kelli kienet tinda waħda li bdejt biha. L-affarijiet li suppost kelli għall-budget tal-kampanja li kienu affarijiet żgħar spiċċaw litteralment imnur fil-każini Laburista.

Il-kampanja tiegħi bdiet mill-midja soċjali u bqajt man-nies. Mort għaż-żgħir għax dejjem kont maż-żgħir. Jien twelidt u trabbejt Bormla. Trabbejt f’ċertu faqar u l-weġgħat tan-nies inħosshom il-ħin kollu. Min jaħseb li twelidt f’xi amblent tal-fidda. Ma kienx il-każ. Jien self made. Għamilt ħafna affarijiet waħdi. Kont naħdem, naqbad żewġ karozzi tal-linja bier inmur tas-Sliema għax kont naħdem ‘night reception’. Dort bin-nanna tiegħi u kont anke intiha l-insulina jien żgħir. Affarijiet soċjali li mhux kulħadd għadda minnhom. Mort nistudja għal rasi u min jaf kemm skartajt skola biex indur bin-nanna għax kont qrib ħafna tagħha. Jien batejt biex wasalt u allura l-weġgħat tan-nies inħosshom. Is-set up tiegħi hu b’saħħtu għax il-messaġġ qed jasal.

Qed jasal għax nemmen li n-nies trid tkun hemm għalihom il-ħin kollu. Ma tistax tkun fil-politika għal affarijiet oħra u mhux għan-nies. Jekk trid affarijiet oħra mur għal affarijeit oħra. Jien komdu kont wara li ġejt minn Brussels. Stajt qgħadt inkompli ngawdi li għamilt b’mod leġittimu u naħdem fil-privat u nagħmel ħafna flus għax ix-xogħol li nagħmel jien ta’ integrazzjoni tar-riskji tal-klima fil-banek, ftit hawn jagħmluh. Naħseb li l-kampanja tiegħi kienet ibbażata, għax naf kif inwassal il-messaġġ. Imbagħad jiddeċiedi l-poplu.

Naħseb in-nies qed jaraw li hemm xi ħadd jisma’ ‘l-karba tagħhom. Il-kampanja tiegħi kienet iddur ma’ tnejn jew tlieta minn nies u l-kunċett kien li nagħmel iktar b’inqas. Doing more with less kif konna nagħmlu fil-baġit fl-Unjoni Ewropea”.

Inti kont għedt li l-Unjoni Ewropea kellha tiddistanzja ruħha mill-gwerra tar-Russja. Allura din id-dikjarazzjoni tiegħek tfisser li ma kelliex tibgħat armamenti fl-Ukrajna?

Jien għedt li l-mod kif trattat il-kwisjoni tal-gwerra bejn ir-Russja u Ukraina kienet immaniġġjata ħażin. Meta faqqgħet il-kwistjoni ta’ Nagorno-Karabakh mill-Ażerbajan u xkupaw lill-Armeni b’mod etniku , kif għamel l-istess Putin li daħal b’aggressjoni, m’għamlux sanzjonijiet fuqhom. Jien għedt li ċerti sanzjonijiet saru ħażin għax ma jistax ikollok fl-ekonomija li toqgħod tagħmel sanzjonijiet qishom tiritombla kull ġimgħa għax dawn bdew jagħmlu sanzjonjijiet kull ġimgħa.

Jien kont nemmen li għandu jkun hemm sanzjonijiet li jkunu ristrettivi fuq ċertu nies, ta’ oligarkii milli kif sar. Fuċ il-kwisjtoni tal-Ukrajna għad irridu nkunu nafu ċertu affarijiet dwar il-mod kif seħħet. Meta kellek is-‘security guaratees’ li kienu qed jiġu negozjati ma’ Putin, ma ridux jinnegozjawhom għax kien hemm interessi oħra issa jekk dawn l-interessi kienu differenti minn dawk li suppost ma tmurx għal gwerra.

Jien dejjem argumentajt li biex inti iċċedi ħaġa irid ikun hemm l-aħjar mument biex tidħol fih. Jekk l-Ukrajna riedet tidħol fin-NATO, il-Latvja daħlet fin-NATO. Dan għamlitu fil-ħin tajjeb fil-mument opportun. Jien kont nagħmilha differenti. Kont nibqa’ ninnegozja ma’ Putin imma naċċellera il-pass ta’ tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-Ukraijna. Mhux issa spiċċajna li bieex indaħħlu l-Ukrajna irridu indaħħluha fi gwerra. Tgħidli mhux diġa kienet fi gwerra? Għallinqas kont naqbel fuq ċertu prinċipji anke fit-territorju. Mhux qegħdin aktar minn sentejn u għamilna ħsara ekonomika fuq l-Unjoni Ewropea stess bil-mod kif saru s-sanzjonijiet u qed nibqgħu għaddejjin biha. Qed jgħidu li anke nibdew nibnu l-armamenti nuklejari u din xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea ma twaqqfitx għaliha.

Issa minn fejn se taqta. Se taqta mis-socjal, mis-saħħa, mill-Erasmus…minn x’imkien trid taqta. Jekk għandek regoli tad-deficit li huma daqshekk ristrettivi x’se tagħmel biex ma taqbizżx it-tlieta fil-mija? Jekk irridu nagħtu tnejn fil-mija għan-NATO, mhux aħna bħala pajjiż għax aħna ma nagħtux, minn fejn se taqta l-Unjoni Ewropea?. Minn x’inkien trid taqta. L-assistenza li kellha tingħata kellu tkun li ma tmurx għall-gwerra b’mod anke diplomatiku bi djalogu.

Djalogu ma sarx. Kieku ir-Russja tiftaħ bażi fil-Messiku viċin l-IStati Uniti, taħseb li l-Istati Uniti se toqgħod kwieta. Ma naħsibx. Naħseb li tirribatti. Ir-Russja bdiet tgħid lin-NATO tersqux lejn il-lvant. Tgħidli il-pajjiż mhux hu jagħżel. Iva ima dan trid tagħmlu fl-aħjar ħin u fil-mument opportun. Il-Latvja daħlet fin-NATO u din qiegħda fruntiera mar-Russja. Hi daħlet fil-mument opportun. Jekk se nibqgħu inwebbsu rasna u nimxu bis-suppervja biex naslu ara kemm biljuni se jintefqu f’armi. Issa jekk irridu il-governanza, l-Unjoni Ewropea irid ikollha governanza f’kollox. Jien nixtieq inkun naf kif qed jintefqu l-flus fil-European Peace Facility.

Nixtieq awditjar aktar b’saħħtu u dan hu l-interess tiegħi jien jekk il-poplu itini l-fiduċja u dan biex meta tiġi Ursula von der Leyen – il-President tal-Kummissjoni Ewropea, tgħidli bir-rakkomandazzjonijiet tas-saltna tad-dritt fil-governanza u lilna tgħidilna bir-rakkomandazzjonijiet li nneħħu is-sussidju tad-dawl u l-ilma, ngħidilha hu paċenzja tista’ tgħidli kif qed tonfoq il-flus fuq l-awditjar tal-armi. Naf li ttihom f’rashom għax jien kont hemm f’nofshom u naf x’nagħmlu.”

Nistaqsuh kif l-eks President Amerikan Donald Trump kien iddikjara li jekk jirbaħ hu l-elezzjoni Presidenzjali il-gwerra fl-Ukrajna tieqaf. Allura jaqblilna bi Trump bħala President?

Jien ma nafx x’għandu f’moħħu Trump għax dak kien iqum fil-għodu u joqgħod juża Twitter u tiġi distabbilizzata id-dinja. Imma l-ironija hi li jien emmint li b’Biden konna se nkunu aħjar. Fir-realtà kemm ilhom hemm huma ħarbtu id-dinja. Jien kont aktar qrib id-Demokratiki qabel u llum jiddispjaċini ngħid li m’għadnix.

Il-mod kif ġraw l-affarijiet verament iddiżappuntat l-aktar kif trattaw il-kwistjoni tal-Ukrajna u l-lvant nofsani. Għaliex ħallewha tasal sa dan il-punt l-Amerikani? Konna ilna ngħidulhom biex ikun hemm waqfien mill-attakki u riedu biss ‘humanitarian pause’. F’Gaża għaddejjin affarijiet tal-waħx u taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra suppost jeħduhom għall-Qorti Kriminali Internazzjonali fuq ġenoċidji tal-gwerra. Lanqas suppost qegħdin jibbumbardjaw fejn qed jattakkaw.

Metą ibbumbarjaw l-istess fl-Ukrajna, fl-isptarijiet, ara x’inqala. Allura Gaża għaliex le. Jien nemmen li mhemmx proporzjon ta’ kif irribattew. Irribattew b’mod li hemm ratio ta’ 1,400 imwiet u dan kien ħażin mill-Hamas għal 35,000 persuna maqtula f’Gaża.

Dan kastig kollettiv. Għaliex kellna naslu hawn. Hemm irriskju li nistgħu nispiċċaw b’kunflitt reġjonali. Għandek issa l-Iran qed trewwaħ. X’inhu l-effett tiegħu dan? Hemm riskju li ma nistgħux ngħaddu b’vapuri minn hemm u dan iwassal biex jogħlew il-prezzijiet bl-assigurazzjoni b’kollox, l-emissjonijiet li għandha fissazzjoni fuqhom von der Leyen jogħlew u jkollhom dewmien fil-merkanzija. Dan li qed nirriskjaw. Dan li qed naraw li suppost ma sarx taħt id-Demokratici. Jiddispjaċini ngħid li l-affarijiet li qed jiġru mhux affarijiet normali. Jien diżappuntat ħafna b’dan. Wara pandemija in-nies spiċċaw għejew bl-effetti ekonomiċi tal-gwerer”, itemm jgħidilna Clint Azzopardi Flores.

Ekonomija

Sport