Friday, December 13, 2024

“In-nies li jeħtieġ li juru aktar ospitalità lill-komunità tagħna”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’nofs il-folla mill-isbaħ li nġabret proprju quddiem il-Laboratorju tal-Paċi, il-post li nħoloq bil-għan li joffri dinjità lil dawk l-immigranti li jkunu qed ifittxu l-ażil, tkellimna ma’ uħud minn dawk preżenti ftit qabel il-wasla tal-Qdusija Tiegħu.

Tkellimna ma’ Hasan fejn huwa wkoll esprima s-sens ta’ ferħ għal din iż-żjara tant li kien fost l-ewwel persuni li nġabru fuq il-post. Fost l-oħrajn qalilna li din iż-żjara mhux biss tibgħat il-messaġġ li bħala immigranti huma bnedmin bħal kulħadd, iżda fuq kollox jispikka s-sena ta’ umiltà li għandu l-Papa Franġisku u kemm tassew għandu lill-immigranti għal qalbu. 

Hasan qalilna: “Ninsab grat ħafna li l-Qdusija Tiegħu ħa ħsieb li jinkludi ftit ħin waqt iż-żjara tiegħu f’Malta lilna l-immigranti. Din iż-żjara għandha turi lin-nies li jeħtieġ li juru aktar ospitalità lill-komunità tagħna, biex jgħinunha nintegraw aħjar u tassew jagħmluna nħossuna milqugħa. Il-Papa Franġisku huwa figura pubblika u għandu jitkellem aktar dwar il-migranti, dwar ir-realtajiet tagħna u dwar dak li niffaċċjaw. Iż-żjara tiegħu hija sinjal li tassew għandu lilna l-migranti f’qalbu u jibgħat il-messaġġ b’saħħtu li aħna bnedmin bħalek u bħali.”

Ekonomija

Sport