Saturday, May 4, 2024

“Għandha nilqgħu lir-refuġjat bl-istess ħlewwa li missirijietna laqgħu lil San Pawl”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’nofs il-folla li nġabret proprju quddiem il-Laboratorju tal-Paċi, il-post li nħoloq bil-għan li joffri dinjità lil dawk l-immigranti li jkunu qed ifittxu l-ażil, tkellimna ma’ uħud minn dawk preżenti ftit qabel il-wasla tal-Qdusija Tiegħu.

Fost dawk li nġabru f’Ħal Far, iltqajna wkoll mas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù fejn magħna tkellmu dwar l-umiltà u sempliċità li tispikka fil-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku u kemm tassew permezz ta’ dak li jagħmel jibgħat messaġġ b’saħħtu ferm kemm tassew għandu għall-qalbu lill-foqra, il-batuti u l-emarġinati.

Is-Sorijiet qalulna: “Anke fil-pajjiż fejn jgħix ġewwa Ruma, huwa dejjem wera u jibqa’ juri kemm għandu għall-qalbu lill-foqra, il-batuti u l-emarġinati. Qisu għandu ġibda speċjali għalihom u narawha tispikka fl-azzjonijiet tiegħu. Bis-sempliċità u bl-umiltà huwa jwassal messaġġ tant importanti lid-dinja. Bl-eżempju tiegħu, lil jħobb jinżel għal-livell ta’ kulħadd, jurina kif għandna ngħixu l-veru mħabba u li naċċettaw lil kulħadd bħala bniedem bħalna, ġej minn fejn ġej u hu min hu.”

Żiedu jgħidu: “Anke meta nħarsu lejn l-ġrajja ta’ San Pawl. Xi ħaġa li jispikka f’dan ir-rakkont huwa li missirijieitna laqgħuh b’dik iċ-ċertu ħlewwa u din l-istess ħelwa għandha tidher meta nilqgħu lir-refuġjat u b’hekk tassew inkunu qed napplikaw għal ħajjitna dik il-ġrajjja. Il-poplu Malti, anke fejn tidħol gwerra, huwa fost l-ewwel wieħed li jgħin u jkun pront biex joffri l-għajnuna.”

Sport