Friday, December 27, 2024

In-Norveġja tarresta raġel akkużat li huwa spija Russu

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-servizzi tas-sigurtà fin-Norveġja qalu li arrestaw lecturer tal-Università akkużat li kien qed jaħdem għar-Russja bħala spija. 

L-aġenzija tas-sigurtà interna ta’ Oslo, il-PST, arrestat lir-raġel fi triqtu lejn ix-xogħol wara li kien identifikat bħala “theddida għall-interessi nazzjonali fundamentali.” 

Is-suspettat, li ngħad li għandu 30 sena, ippreżenta lilu nnifsu bħala akkademiku Brażiljan, iżda uffiċjali qalu li fil-fatt huwa Russu. 

L-ambaxxata ta’ Moska f’Osla qalet lill-midja lokali li ma kinitx taf bl-identità tar-raġel.

Uffiċjali Norveġiżi qalu li r-raġel kien ħadem bħala riċerkatur fl-Università ta’ Tromso fit-Tramuntana tal-pajjiż mill-2021. L-avukat tiegħu qal lill-midja lokali li huwa qed jiċħad l-allegazzjonijiet.

Iżda d-Deputat Kap tal-PST, Hedvig Moe qal lill-ġurnalisti li l-investigaturi kienu mħassba li r-raġel “seta’ jikseb network u informazzjoni dwar il-politika tan-Norveġja” fit-Tramuntana tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport