Wednesday, July 24, 2024

In-NU żżid l-Iżrael mal-lista ta’ militari naqsu milli jipproteġu t-tfal

Aqra wkoll

In-NU żiedet il-militar Iżraeljan ta’ dawk il-pajjiżi li naqsu milli jipproteġu lit-tfal is-sena li għaddiet. L-ambaxxatur ta’ Iżrael, Gilad Erdan qal li huwa kien innotifikat b’din id-deċiżjoni nhar il-Ġimgħa u iddeskriva dan kollu bħala xi ħaġa. tal-mistħija.

Kelliem għall-President Palestinjan f’kumment li ta lill-midja, qal li d-deċiżjoni kienet pass eqreb biex iżżomm lill-Iżrael responsabbli għal dawk li sejjaħ id-delitti tiegħu.

Eluf ta’ tfal inqatlu fil-kampanja ta’ Iżrael kontra l-Ħamas f’Gaża, u eluf oħra għandhom bżonn iddisprat ta’ għajnuna umanitarja. Il-lista annwali mis-segretarju ġenerali tkopri l-qtil ta’ tfal f’kunflitt u ċ-ċaħda ta’ aċċess għall-għajnuna u l-mira ta’ skejjel u sptarijiet.

Din se tkun inkluża f’rapport li se jiġi ppreżentat lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU l-ġimgħa d-dieħla. Ma kienx ċar mill-ewwel liema vjolazzjonijiet l-armata Iżraeljana hija akkużata li twettaq.

Il-ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas f’Gaza jgħid li minn dak iż-żmien inqatlu 36,731 persuna minn bumbardamenti Iżraeljani u attakki fuq l-art.
Ix-xahar li għadda, in-NU qalet li mill-inqas 7,797 tifel u tifla kienu nqatlu matul il-gwerra abbażi ta’ dejta relatata ma’ korpi identifikati pprovduti mill-ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas f’Gaża.

Ekonomija

Sport