Friday, December 13, 2024

“In-numru ta’ kandidati nisa jridu jkunu daqs l-irġiel” – Marlene Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-deputat indipendenti Marlene Farrugia qalet li hija kontra diskriminazzjoni pożittiva għax xorta tibqa’ diskriminazzjoni.

L-eks-Kap tal-PN qalet li l-fatt li fl-2021 qed niddiskutu liġi bħal din turi l-falliment taż-żewġ partiti biex fuq livell nazzjonali jkun hemm iktar deputati nisa.Farrugia sostniet li waħda mis-soluzzjonijiet għal iktar nisa fil-Parlament hija li n-numru ta’ kandidati nisa jkunu daqs dak tal-irġiel. Fl-istess waqt saħqet li l-kandidati nisa għandhom jingħataw l-istess spazju fuq il-mezzi tax-xandir daqs l-irġiel biex ma jkollnix dibattiti dominati mill-irġiel.

Farrugia nsistiet li għandu jkun hemm ukoll bidla kulturali b’kampanja edukattiva qawwija biex il-poplu jivvota fuq il-kapaċità u l-meritokrazija.

Ekonomija

Sport