Wednesday, July 24, 2024

Inawgurat b’mod uffiċjali l-klabb ta’ Real Madrid f’Malta

Aqra wkoll

Minkejja li Real Madrid huma wieħed mill-iktar timijiet tal-futbol li għandu segwaċi f’pajjiżna, sa ftit tal-jiem ilu, f’pajjiżna ma kienx hawn klabb uffiċjali ta’ dan it-tim.

Proprju għal dan il-għan fl-aħħar xhur grupp ta’ persuni ngħaqdu biex jiffurmaw klabb u jirreġistrawh b’mod uffiċjali. Jidher li dawn il-laqgħat taw il-frott u proprju s-Sibt li għadda 13 ta’ Jannar, ġie inawgurat b’mod uffiċjali dan il-klabb li se jkun qiegħed iġib l-isem ta’ ‘Pena Madridista’.

Bosta persuni attendew bi ħġarhom għal din il-laqgħa ġenerali li saret fl-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi, bl-istess klabb diġá għandu fi ħdanu madwar 80 membru.

Ekonomija

Sport