Wednesday, July 24, 2024

Lionel Messi jirbaħ il-Player tas-Sena tal-FIFA Best Awards 2023

Aqra wkoll

L-attakkant tal-Arġentina, Lionel Messi, rebaħ il-Player tas-Sena fil-FIFA Best Awards 2023, bil-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, jikseb il-premju ta’ Coach tas-Sena, f’serata li saret fil-Hammersmith Apollo, Londra.

Messi ta’ Inter Miami għeleb lill-attakkant tas-City, Erling Haaland, bl-attakkant ta’ Paris St-Germain, Kylian Mbappe, itemm fit-tielet post.

Ederson ta’ Manchester City rebaħ il-premju ta’ Goalkeeper tas-Sena quddiem Thibaut Courtois ta’ Real Madrid u Yassine Bounou ta’ Al Hilal.

Kien hemm sitt players tar-rebbieħa tat-Treble storika, Manchester City, imsemmija fit-Team tas-Sena tal-irġiel – bil-11 li ġew vvutati jkunu dawn:

Thibaut Courtois (Real Madrid), John Stones, Kyle Walker, Ruben Dias, Bernardo Silva (Man City), Jude Bellingham (Real Madrid), Kevin de Bruyne, Erling Haaland (Man. City), Kylian Mbappe (Paris St-Germain), Lionel Messi (Inter Miami) u Vinicius Jr (Real Madrid).

Il-Coach tas-Sena tal-irġiel kien l-ewwel premju tal-lejla, b’Pep Guardiola jirbaħ quddiem it-Taljani, Luciano Spalletti u Simone Inzaghi.

Il-coach tal-Ingilterra, Sarina Wiegman, ġiet ivvutata Coach tas-Sena. Din hija r-raba’ darba li rebħet dan il-premju, wara dawk tal-2017, 2020 u 2022.

Ekonomija

Sport